Previous slide
Next slide

Il-lokalità tal-Iklin b’popolazzjoni ta’ madwar 3,200, tinsab fuq gholja li fuqha hu mibni n-Naxxar. Fin-Nofsinhar imiss ma’ Birkirkara u Ħal Lija filwaqt li mil-Lvant imiss ma’ San Ġwann. 

  

L-ewwel dar f’din il-lokalità, Dar il-Lewża, inbniet fl-1954 minn Dr Zammit u tinsab fi Triq in-Naxxar. Għal ħmistax-il sena din id-dar kienet l-unika bini fl-Iklin. Matul is-snin sittin u sebgħin inbnew numru ta’ vilel lussużi fuq l-għolja li tagħti għan-Naxxar (fil-ġenb ta’ Triq il-Wied fiż-żona magħrufa bħala l-Iklin ta’ Fuq). 

  

Lejn l-aħħar tas-snin sebgħin kif ukoll matul it-tmeninijiet beda jitfaċċa l-bini kullimkien. Fuq in-naħa t’isfel tal-wied, li kienet żona ħadra, inbniet bypass li tibda ħdejn l-Università u tispiċċa L-Iklin. Din il-bypass serviet biex tissepara L-Iklin iżda tumoli ta’ art fertili ntilfu fil-proċess. 

 

Dawk li għandhom aktar minn sittin sena żdiedu minħabba żieda fl-istennija tal-għomor. 

L-isem ta’ din il-lokalità ġej mill-ħaxix aromatiku rosmarinus, L-Iklin bil-Malti. Huwa maħsub li dan kiber fil-wied iżda dan ma jistax jinstab illum peress li kullimkien ġie meħud minn bini. 

  

Fl-Iklin instabu żewġ siti arkeoloġiċi, wieħed ta’ Żmien il-Bronż u l-ieħor bi fdalijiet Puniċi u Rumani. 

Ir-raħal huwa magħruf għall-kappella ta’ San Mikiel Arkanġlu (San Mikiel) mibnija fl-1615. Il-quddiesa ssir darba fis-sena, dakinhar li tiġi ċċelebrata l-festa fid-29 ta’ Settembru. Ħdejn il-kappella hemm ukoll il-fabbrika tal-logħob tan-nar ta’ Ħal Lija. 

L-arma turi tarka fuq sfond blu b’San Mikiel fiċ-ċentru u, is-sitt ward tal-Iklin fuq il-fruntieri.